Lokali

Western Union Business Solutions tiċċelebra l-ftuħ ta’ uffiċċju ġdid

Il-Ministru tal-Finanzi, il-Professur Edward Scicluna, illum inawgura l-uffiċċju l-ġdid ta’ Western Union Business Solutions fil-W Business Centre f’Birkirkara. Bħala wieħed mill-fornituri ewlenin fid-dinja ta’ ħlasijiet tan-negozju cross-border, Western Union Business Solutions jgħin lin-negozji ta’ kull daqs sabiex dawn jamministraw il-pagamenti internazzjonali tagħhom l-fluss ta’ flushom.

Bin-numrutal-persunal li kiber għal ħamsa u għoxrin impjegat matul is-sena li għaddiet, il-bini l-ġdid jipprovdi ambjent tax-xogħol imtejjeb għat-tim, u jipprovdi spazju għal tkabbir fil-futur. Ir-rilokazzjoni tippermetti wkoll lill-kumpanija biex tkompli bl-impenn tagħha sabiex tnaqqas il-marka ambjentali tagħha billi ssegwi tliet prinċipji: naqqas, irriċikla u utiliżża mill-ġdid. Kull impjegat huwa mħeġġeġ li jaġixxi b’mod responsabbli biex juri li l-Western Union turi interess fl-impatt ambjentali li għandha bħala kumpanija. Fost il-karatteristiċi tal-bini hemm faċċati bil-ħġieġ double glazed, dwal li jiffrankaw l-enerġija u faċilitajiet għar-riċiklaġġ tal-kartun u l-materjali tal-plastik.

“Aħna nirrikonoxxu l-impjegati tagħna u nistinkaw biex nipprovdu ambjent tax-xogħol li jispira u li hu sikur, fejn l-istaff tagħna jkun jista’ jiżviluppa u jikber. Aħna wkoll konxji dwar l-impatt tal-operazzjonijiet tagħna fuq l-ambjent u dan l-uffiċċju ser jgħinna nnaqqsu l-konsum tal-ilma u tal-elettriku tagħna, filwaqt li  joffri wkoll faċilitajiet ta’ riċiklaġġ – dawn kollha jikkontribwixxu sabiex innaqqsu l-carbon footprint tagħna. L-impenn ta’ Western Union huwa dak li tikber u tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-ekonomija Maltija. Mill-2012 sa issa, offrejna s-servizzi tagħna lil aktar minn 1000 intrapriża f’Malta li uriet fiduċja fina biex twettaq il-pagamenti internazzjonali tagħha.” saħaq Frederic Simon, Vici-President Regjonali ta’ Western Union Business Solutions.

Bottom of