Hekk kif Transport Malta qed tipprepata għal influss qawwi tat traffiku fi Triq il-Biċċerija fil-Marsa, u Triq il-Baċir f’Raħal Ġdid, waqt ix-xogħlijiet tal-Proġett tal-Junction tal-Marsa – għada dawn it-toroq ser ikunu magħluqa għal xi ħin għat traffiku.
TM spjegat li mid-9.00 ta’ għada filgħodu, Triq il-Baċir ser tingħalaq sabiex il-ħaddiema jqaxxru l-wiċċ tat-triq sabiex jagħtu l-asfaltar fil-ġranet li ġejjin, bix-xogħol hwua mistenni jitlesta sa tmiem il-ġimgħa.
Dan filwaqt li l-Ġimgħa filgħaxija, ser jingħata bidu għall-proċess t’asfaltar fi Triq il-Biċċerija, l-Marsa.
Filwaqt li ż-żewġ toroq mhux ser ikunu aċċessibbli għat-traffiku waqt li jkun għaddej ix-xogħol, Transport Malta ħeġġett lis-sewwieqa sabiex isibu toroq alternattivi u jsegwu s-sinjali li twaħħlu temporanjament fuq il-post.