Futbol Sport

CHAMPIONS LEAGUE: Chelsea jbaxxu rashom għall-qawwa ta’ Messi

Barcelona avvanzaw għall-kwartifinali għas-spejjes ta’ Chelsea b’rebħa ta’ 3-0 fil-Camp Nou biex il-Katalani għaddew b’aggregate ta’ 4-1.

Lionel Messi kien l-eroj ta’ Barcelona fejn skorja doppjetta, bil-gowl l-ieħor ikun skorjat minn Dembele.
Chelsea għamlu li setgħu u laqtu darbtejn il-lasta u żgur li x-xorti ma kinitx magħhom fejn anki fi Stamford Bridge kien tnejn il-lasti milquta.

Chelsea b’hekk sar it-tielet tim Ingliż eliminat f’dan ir-rawnd fejn issa baqa’ biss Liverpool u Manchester City.

Fil-logħba l-oħra Bayern Munich rebħu 3-1 fit-Turkija kontra Besiktas biex għaddew b’aggregate impressjonanti ta’ 8-1.

Għal Bayern gowls ta’ Alcantara, awtogowl ta’ Gonul u ieħor ta’ Wagner. Vagner Love skorja l-gowl ta’ konsolazzjoni ta’ Besiktas.