Internazzjonali

Arrestati 2 Niġerjani ġejjin lejn Malta b’dokumenti foloz

Il-Pulizija fl-Italja arrestat żewġ Niġerjani li kienu se jaqbdu titjira biex jiġu f’pajjiżna.

Dan wara li nstab li ż-żewġ persuni, li kienu fl-Ajruport ta’ Katanja, kienu fil-pussess u qed jagħmlu użu minn dokumenti falsifikati.

Believe Ikperha, li għandu 28 sena, u Patience Ivharosoya Okoduwa, li għandu 25 sena, iġew arrestati mill-Pulizija waqt li kienu qed isiru l-kontrolli tad-dokumenti tal-passiġġieri li kienu se jiġu lejn pajjiżna.

Huma jinsabu taħt arrest fil-ħabs ta’ Katanja sakemm jgħaddu mill-proċess legali.