Il-Knisja Parrokkjali tal-Mellieħa illum wara nofsinhar kienet ippakjata bin-nies, ħafna minnhom żgħażagħ li nġabru biex jagħtu l-aħħar tislima lil Christa, mudella ta’ 23 sena li kmieni s-Sibt figħodu kienet involuta f’inċident tat-traffiku u mietet is-Sibt filgħaxija.
Fil-funeral spikkaw il-kuluri, dan hekk kif kien mitlub biex dawk li se jattendu, ma jilbsux l-iswed.
Is-Saċerdot beda l-quddiesa billi kwota lill-ġenituri ta’ Christa li rreferew għaliha bħala t-tifla l-kbira tant għażiża, tant kburin biha” u lill-għarus tagħha li stqarr li “Qatt ma rajt wiċċ sabiħ daqs tagħha”.
Christa kienet deskritta bħala tfajla li taf tħobb b’imħabba tal-ġenn.
Is-saċerdot tkellem ukoll dwar id-dedikazzjoni u l-preċiżjoni tat-tfajla li kienet tħobb titgħallem tant li kienet pjanista, żeffiena, mudella u ‘social worker’.
Tmien xhur ilu, Christa kienet ħadet sehem f’Miss Universe Malta, fejn f’filmat ta’ żewġ minuti tkellmet dwar il-passjoni tagħha taż-żfin u anke d-doqq il-pjanu. Madanakollu, f’messaġġ personali minnha qalet li kieku kellha tirbaħ il-kompetizzjoni kienet tgħin lil tfajliet oħra li ma tantx ikunu jemmnu fihom infushom, filwaqt li saħqet li s-sbuħija hi fuq ġewwa.

//= $special ?>


