Illum jintlagħbu l-logħbiet tat-tieni leg tar-rawnd tal-aħħar sittax tal-Europa League, fejn minkejja r-riżultat tal-ewwel leg, l-attenzjoni tkun f’Londra fejn Arsenal jospitaw lil Milan, bil-Gunners favoriti netti wara r-rebħa ta’ 2-0 f’San Siro ġimgħa ilu.
Fil-fatt il-missjoni tar-Rossoneri tidher kważi impossibli hekk huma jridu jirkupraw dan l-iżvantaġġ doppju.
Arsenal dehru għal kollox superjuri ġimgħa ilu, iżda Gattuso qal li huma issa m’għandomx x’jitilfu u se jippruvaw jagħmlu dak li llum jidher impossibli.
It-tim l-ieħor Taljan Lazio ukoll jinsab f’xifer l-eliminazzjoni hekk kif imur l-Ukrajna kontra Dynamo Kiev wara r-riżultat ta’ 2-2 fl-Olimpico.
Zenit jippruvaw jirkupraw l-iżvantaġġ ta’ gowl kontra RB Leipzig.
Logħob għal-lum
L. Moscow v At.Madrid
Ath.Bilbao v Marseille
D.Kiev v Lazio
Plzen v Sporting
Zenit v RB Leipzig
Arsenal v Milan
Lyon v CSKA
Salzburg v Dortmund