Kummerċ Lokali

“F’sentejn ġejjin mat-80,000 barrani f’pajjiżna” – Simon Debono

F'5 snin, kirja medja żdiedet minn €150 fix-xahar għal minimu ta' €700

“F’sentejn qed nikkalkulaw li ġejjin mat-80,000 barrani f’pajjiżna. Dik li kienet kriżi, issa saret gwerra”.

Hekk intqal waqt dibattitu li sar fil-programm NET LIVE ilbieraħ filgħaxija, fejn it-tema tad-diskussjoni kienet il-kirjiet.

Simon Debono, il-President tal-Fenerazzjoni tal-Aġenti tal-Propjeta’, stqarr illi l-kirja medja fl-aħħar snin żdiedet minn €150 fix-xahar għal minimu ta’ €700. “Il-prezz spolda f’ħames snin. Studio flat taf issibu b’€650 bħala minimu.”

Debono stqarr li l-Gvern ma jistax ikun jieħu l-pariri dwar il-faqar minn nies li jsuqu Ferraris.

Andre’ Callus, li hu wieħed mill-pijunieri għal bidliet fil-liġi tal-kera, fisser kif dawn il-ħlasijiet qed ifaqqru n-nies.