Tottenham ħabbru li l-attakkant internazzjonali Ingliż Harry Kane mistenni li jirritorna għat-taħriġ ix-xahar id-dieħel wara li hu weġġa’ l-għaksa l-leminija.
Din l-aħbar hi bla dubju aħbar tajba anki għat-tim nazzjonali Ingliż fejn għal bidu kien hemm tħassib dwar il-preżenza ta’ Harry Kane fit-Tazza tad-Dinja fir-Russja.
Tottenham ikkonfermaw ukoll li Kane weġġa’ l-legamenti tal-għaksa fil-logħba li Tottenham rebħu kontra Bournemouth il-Ħadd li għadda.
Harry Kane se jitlef żgur iż-żewġ logħbiet ta’ ħbiberija li l-Ingilterra se tilgħab kontra l-Olanda u l-Italja iktar tard dan ix-xahar.
//= $special ?>