Lokali

Id-Deputat Therese Comodini Cachia tirreaġixxi wara l-arrest ta’ ħuha

F’post fuq Facebook, id-Deputat Therese Comodini Cachia qalet li rċeviet telefonata minn ġurnalist fejn ġiet infurmata li wieħed minn dawk arrestati jista’ jkun ħuha.

Fil-post tagħha, Comidini Cachia qalet li jkun korrett jekk tinforma lill-pubbliku li hi ilha ma tkellem jew tikkomunika ma’ dan ħuha għal numru ta’ snin.

“Numru ta’ persuni fil-familja tiegħi u oħrajn jistgħu jikkonfermaw li lil ħija ilni ma nkellmu għal dawn l-aħħar snin”, żiedet tgħid.

Therese Comodini Cachia qalet li bħal kull familja oħra, anke fil-familja tagħha hemm kwistjonijiet ta’ nuqqas ta’ qbil u kien appuntu nuqqas ta’ qbil ma’ ħuha, f’kwistjoni ta’ natura personali, li wassal biex numru ta’ snin ilu waqqfet kull tip ta’ komunikazzjoni ma’ ħuha.

https://www.facebook.com/ThereseComodiniCachia/posts/1649646775150764

FILMAT: 4 persuni arrestati b’konnessjoni mal-bomba li tpoġġiet taħt karozza fil-Fgura