Lokali Parlament

Il-Gvern għandu jagħti garanziji ċari dwar l-abort

– Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg insisiet li jekk bil-fomm iil-gvern jiddikjara li hu kontra l-abort allura għanud jesprimi din l-opinjoni ibl-ftati u jagħmel dikjarazzjonijiet u azzjonijiet politiċi li jikkonfermaw din il-pożizzjoni.

Fl-Aġġornament Claudette Buttigieg tkellmet dwar il-kwalitajiet tal-ex President ta’ Malta Ċensu Tabone u qalet li hu kellu diversi kwalitajiet u talenti. Fuq kollox, Ċensu Tabone kellu mħabba kbira lejn il-pajjiż, kien patrijott kbir u qatt ma kien taditur ta’ pajjiżu.

Hi qalet li bħal lum ħames sxhur inqatlet Daphne Caruana Galizia u sostniet li l-għattx għall-ġutsizzja ma ddgħajjifx anzi qed jitkebbes. Hi sostniet li l-isforzi kbar li saru biex tissikket il-vuċi ta’ dawk li qed jipprotestaw u jitkellmu għall-ġustizzja ma ssiktux anzi l-attivitatjiet qed jiżdiedu. Kien hemm il-każi tal-billborards u l-fjuri u x-xemgħat fil-Belt, li wara li tneħħew reġġgħu tpoġġew waqt li n-nies reġġħet bdiet tattendi bi ħġarha fil-post li huam stess ħolqu bħala mafkar għall-ġurnalista.

Claudette Buttigieg semmiet x’ġara fis-Slovakkja, każ simili għa dak ta’ Caruana Galizia, iżda b’differenza kbira. Il-protesti wkoll kienu kbar iżda kien hemm ir-riżenji wara l-każ u nġarret ir-responsabbiltà; f’Malta dan ma seħħx u mhux se jseħħ.

Id-deputat Naazzjonalista semmiet lill-ġrupp ta’ nisa ta’ Occupy Justice li se jkomplu bil-pressjoni tagħhom b’tifkira nhar il-Ġimgħa quddiem il-qrati u attività quddiem Kastilja. Dan hu messaġġ ċar li hawn sezzjoni ta’ nies fil-pajjiż li m’humiex sodisfatti fl-affarajiet kif mexjin iżda mhux se jieqfu hemm u qed jipperseveraw għaliex iħossu li dan hu l-mod kif għandha ssir il-ġlieda għall-ġustizzja.

Claudtette Buttigieg tkellemt dwar l-abort u qalet li fis-soċjetà hawn biża’ minn din id-diskussjoni. Fl-10 ta’ Jannar 2017, Daphne Crauana Galzia kienet tkellmet dwar l-abort u appellat lill-Prim Ministru biex jiċċara l-pożizzjoni tiegħu. L-Oppożizzjoni qed titlob kontinwament iktar protezzjoni lit-tarbija fil-ġuf u jekk veru l-gvern hu kontra l-abort, allura għandu jiddikjara dan b’mod ċar.

Claudette Buttigieg semmiet l-inċineratur ppjanat għall-Magħtab u qalet li l-familja tagħha kienet mill-Magħtab, li qabel kien blat kollu kaktus. Jidher li fl-inċineratur se jinħaraq il-plastic iżda anki dwar dan fis-osċjeta mhux isir dibattitu.