Wara l-pressjoni tal-Oppożizzjoni, l-Ministru Ian Borg stqarr li qed jittamma li tinsab soluzzjoni biex il-bypass tal-Mellieħa tibqa’ b’erba’ karreġjati u mhux tonqos għal tlieta, kif kien il-pjan oriġinali tal-Gvern.
Il-Kumitat PN Mellieħa qal li permezz tad-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar, l-Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista u l-eluf tar-residenti tal-Mellieħa, li ffirmaw petizzjoni onlajn, wasslu biex il-pjan li kellu l-Gvern ma jsirx u l-bypass tibqa’ b’erba’ karreġjati.
Il-Kumitat PN Mellieħa jappella lill-Gvern u l-Kunsilliera Laburisti fil-lokalità biex ma jittieħdux deċiżjonijiet li jmorru kontra l-interess tar-residenti tal-Mellieħa.
//= $special ?>