“Meta l-Gvern ma jiċċarax il-pożizzjoni tiegħu dwar l-abort ikun qed jilgħab logħba kerha ħafna”. Hekk sostniet ilbieraħ id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg meta tkellmet fil-Parlament.
Hi esprimiet id-diżappunt tagħha għall-fatt illi fil-pajjiż donnu qed nibżgħu nitkellmu fuq suġġetti “skomdi”. Buttigieg qalet illi hi mħassba dwar id-dubji li qed iqumu fuq il-pożizzjoni tal-Prim Ministru u jekk Muscat għamilx wegħdiet lil ċertu individwi jew għaqdiet fuq il-kwistjoni tal-abort.
“Jista’ jkun il-każ li għal din ir-raġuni Muscat qed joqgħod lura ferm milli jitkellem dwar l-abort”, qalet id-deputat Nazzjonalista.
Claudette Buttigieg saqsiet lil Joseph Muscat ripetutament għaliex mhux qed ikun ċar fil-pożizzjoni tiegħu.
//= $special ?>