Ambjent Kummerċ Lokali

“Jum wara l-ieħor is-sitwazzjoni tat-traffiku qed tigrava” – sewwieqa

Sitwazzjoni simili anke f'Ħal Qormi

Il-proġett tal-Kappara ilu lest minn Diċembru, iżda l-kwistjoni tal-konġestjoni tat-traffiku assulutament ma ssolviet xejn.

Sewwieqa li tkellmu magħna qalulna li kull filgħodu qed jispiċċaw imwaħħlin fil-konġestjoni għal ħin twil. “Is-sitwazzjoni gravi ta’ veru, u tkompli ssir agħar minn ġurnata għall-oħra”.

F’dawn l-aħħar tliet ijiem persuni kkuntatjaw lil dan is-sit jilmentaw kif il-problemi tat-traffiku għadhom l-istess. F’postijiet oħra bħal Ħal Qormi, il-konġestjoni sempliċiment iċċaqalqet mir-roundabout ta’ Mdina Road għar-roundabout li hemm aktar ‘l isfel qrib l-istabbilimenti tax-xiri.