Internazzjonali

L-Istati Uniti: Iċedi pont fi Florida b’konsegwenzi fatali

L-awtoritajiet fl-Istat ta’ Florida kkonfermaw li ċeda pont minfejn kienu qed jaqsmu n-nies fiz-zona tal-Università Internazzjonali, fost indikazzjonijiet li mietu n-nies f’dan il-kroll traġiku.

Fuq il-media soċjali, bħalissa, qed jidħlu ritratti ta’ partijiet meqruda tal-istruttura fil-kulleġġ ta’ Miami. Dan meta l-pont kien ilu jiffunzjona biss min-nhar is-Sibt li għadda.

Is-sorsi tal-aħbarijiet qalu li numru mhux magħruf ta’ persuni nqabdu taħt il-pont li kien inbena fuq triq u mistennija li ‘il quddiem jidħlu aktar dettalji dwar il-mejtin u l-midruba.

Jidher li nqabdu diversi karozzi taħt l-istruttura, bl-impenji tas-salvataġġ fl-inħawi qegħdin jirrankaw.