Internazzjonali

L-Istati Uniti: Sanzjonijiet għal Russi dwar indħil fl-elezzjoni u attakki ċibernetiċi

Il-President Donald Trump

L-Istati Uniti imponiet is-sanzjonijiet fuq 19 il-Russu li huma akkużati dwar indħil fl-elezzjoni tal-2016 għall-Presidenza Amerikana u għal allegati attakki ċibernetiċi.

L-akkużati jinkludu 13 il-invidwi li, ix-xahar li għadda, tressqulhom l-akkużi mill-Avukat Speċjali tad-Dipartiment tal-Ġustizzja Amerikan, Robert Mueller.

Is-Segretarju tat-Teżor, Stephen Mnuchin, akkuża lir-Russi dwar ‘attakki ċibernetiċi distruttivi u azzjonijiet kontra elementi tal-infrastruttura kritiċi’. Mnuchin sostna li s-sanzjonijiet għandhom, fost oħrajn, ‘jikkonfrontaw l-attakki kontinwi u inaċċettabbli’ min-naħa tar-Russja.

Kelliema f’Washington fissru l-miżuri bħala l-aktar azzjonijiet b’saħħithom s’issa kontra Moska, min-naħa tal-amministrazzjoni tal-President Donald Trump.