Waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Forum Partit Nazzjonalista għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju ġie elett l-eżekuttiv il-ġdid. Il-Laqgħa tmexxiet mill-President tal-Eżekuttiv Mark Anthony Sammut.
Andre’ Grech ġie kkonfermat bħala President tal-FSMEPN, Mario Rosso ġie elett bħala Viċi-President, Marie Claire Zammit Bonello ġiet eletta bħala Segretarju Ġenerali u Cedric Valletta ġie elett bħala Teżorier. Bħala Segretarju Internazzjonali ġiet eletta Gillian Farrugia Pace u James Cassar ġie elett bħala Segretarju Informazzjoni (PRO)
Il-President Andre’ Grech irringrazzja lil kulħadd tas-sehem tiegħu u ta merħba lill-membri ġodda tal-Eżekuttiv tal-Forum. Enfasizza fuq l-importanza li l-membri kollha tal-Forum jaħdmu flimkien biex jintlaħqu s-setturi kollha li jirrapreżentaw.
//= $special ?>