Il-Pulizija fl-Italja ħarġet isem ta’ Malti mwieled f’San Ġiljan nhar l-10 ta’ Diċembru tal-1976 fost lista ta’ akkużati f’inkjesta kbira kontra diversi gruppi tal-mafja fl-Italja. Hu ilu xhur jiġi segwit, u issa li l-investigazzjoni ntemmet, mistenni jintalab jidher quddiem Qorti fl-Italja.
L-investigazzjoni ta-Pulizija fl-Italja ssaħħet hekk kif wieħed minn dawk involuti issa qed jikxef id-dettalji ta’ dak li jseħħ u beda jagħti l-ismijiet ta’ dawk li wettqu l-illegalitajiet, dak li bit-Taljan jissejjaħ bħala pentito.
S’issa l-investigazzjoni sabet li kienu għaddejjin diversi attivitajiet illegali mmexxija mill-Cosa Nostra, grupp tal-mafja, fosthom traffikar tal-kokaina akkwistata mill-Kalabrija u mibjugħa f’Ragusa u Agrigento.
Dan minbarra serq tal-annimali, b’każi fejn saħansitra nsterqu merħliet sħaħ għad-danni ta’ kumpaniji Sqallin bl-iskop li jerġgħu jinbiegħu iżda fuq kollox li tinqered il-kompetizzjoni ta’ min ma kienx affiljat mal-mafja. Jingħad li l-bejgħ ta’ dawn l-annimali kien jiffinanzja d-droga.
L-investigazzjoni wasslet biex ġew individwati wkoll diversi mafjużi mill-iktar perikolużi fosthom ċertu Salvatore, diġa arrestat u kundannat għal għomor il-ħabs wara li nstab ħati tal-qtil ta’ Giuseppe Di Matteo.
Giuseppe kien tifel ta’ 15-il sena li fl-1996 inqatel wara sena u xahar miżmum bħala priġunier biex jissikket missieru, li kien qed jikkollabora mal-ġustizzja. Wara li kważi nqatel bil-ġuħ, Giuseppe kienu fgawh u dewbuh fl-aċtu.
Il-każ jibda jinstema’ quddiem il-Qorti tal-Italja fit-23 t’April, u fost l-oħrajn h umsejjaħ ukoll il-Malti biex jidher quddiem il-ġustizzja.
//= $special ?>