Internazzjonali

Mossack Fonseca tagħlaq il-bibien tagħha

Takkuża lill-media li għamlet ħsara kbira lir-reputazzjoni tagħhom

Aħbar maħruġa mill-ICIJ turi illi l-kumpanija legali Mossack Fonseca se xxolji sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.

Mossack Fonseca, ibbażata fil-Panama, kienet f’nofs skandlu internazzjonali fis-sena 2016 wara li aktar minn 11.5 miljun dokument ġew illijkjati mill-media, f’dawk li saru magħrufa bħala l-Panama Papers.

“Ir-reputazzjoni iddeterjorat wara kampanja qalila mill-media. Sar assedju enormi li ħalla ħsara bla preċedenti”, qalu Mossack Fonseca fi stqarrija.