Fortunatament ħadd ma weġġa’ b’nar li żviluppa f’gallarija ta’ residenza fi Triq L-Għabex f’San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.30 ta’ waranofsinhar u mhux magħruf x’ikkawża n-nar, li skont kelliema għall-Pulizija beda f’gallarija.
Jidher li n-nar li żviluppa, infirex f’xi btieħi ta’ residenzi oħra.
Persuni li għamlu kuntatt ma’ NET News qalulna wkoll li qabel in-nar, instema ħoss qawwi, b’possibiltà li sploda xi gass. Madanakollu dan ma ġiex ikkonfermat mill-Pulizija.
//= $special ?>