Raġel ta’ 48 sena ndarab gravi f’ħabta bejn mutur u karozza.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2pm fi Triq Ħal Qormi, Ħal Luqa.
Il-mutur kien misjuq minn raġel ta’ 48 sena residenti l-Fgura u l-karozza minn mara ta’ 23 sena mill-Fgura.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur, l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi, filwaqt li l-mara ta’ 23 sena ma sofriet l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
//= $special ?>