Raġel ta’ 31 sena mis-Senegal weġġa’ gravi meta dalgħodu kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Vjal it-Transfigurazzjoni f’Ħal Lija.
Jirriżulta li għall-ħabta tas-7:15a.m. seħħet ħabta bejn tal-linja u karozza, kawża tal-impatt, ir-raġel ta’ 31 sena, li kien passiġġier, sofra ġrieħi serji u ttieħed l-isptar Mater Dei.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
//= $special ?>


