Kunsilli Lokali Lokali Mużika

Servizz ta’ Park and Ride għall-festi ta’ San Patrizju

Nies miġbura f'San Ġiljan
Aktar inizjattivi mill-Kunsill ta' San Ġiljan

Il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan se jorganizza servizz ta’ Park and Ride nhar is-Sibt li ġej b’rabta mal-festeġġamenti ta’ jum San Patrizju.

Dan is-servizz se jkun qed jopera bejn is-6pm u s-1am tal-Ħadd filgħodu, mil-Luxol sa Spinola.

Fi stqarrija, il-Kunsill Lokali qal li dan is-servizz se jkun f’forma ta’ shuttle services. Dan sabiex ikunu evitati konġestjonijiet ta’ traffiku.