Il-katina ta’ ħwienet tal-ġugarelli Toys ‘R’ Us ħabbret li kienet se tagħlaq il-ħwienet kollha fl-Istati Uniti. Dan wara li l-kumpanija falliet u ma setgħetx issib xerrej u lanqas tilħaq ftehim dwar il-biljuni ta’ dollari f’dejn li għandha. Il-kumpanija Toys ‘R’ Us ilha stabbilita għal dawn l-aħħar 70 sena u kienet applikat għall-protezzjoni mill-falliment f’Settem-bru, u bdiet tagħlaq ħafna ħwienet bit-tama li ssalva. Dan il-pass se jiswa l-impjieg ta’ 30,000 impjegat. Fi Frar, il-fergħa fir-Renju Unit kienet ħabbret li kienet se tibda tagħ-laq il-100 ħanut li kien hemm u fejn kienu jaħdmu 3,200 per-suna. Issa jrid ikun stabbilit x’se jsir mill-ħwienet li l-kumpanija għa-ndha f’pajjiżi oħra.
//= $special ?>AKTAR STEJJER
MORE ARTICLES


