Lokali

X’inhi din il-pjattaforma?

Ritratt li tpoġġa' fuq il-media soċjali mis-Sindku tal-Belt

Diversi persuni ikkuntatjaw dan is-sit dwar struttura tal-hadid, qisha pjattaforma, li qed tiddomina Strada Stretta fil-parti kantuniera ma’ Triq San Kristofru.

Jirriżulta li din l-istruttura ingħatat permess sabiex tkun tista’ tibqa’ hemm għal sena sħiħa, tul il-perijodu kollu tal-attivitajiet marbuta mal-V18.

Is-Sindku tal-Belt Valletta Alexiei Dingli iddeskriva din l-istruttura bħala azzjoni li qas titwemmen. Dan f’sena meta sippost il-kapitali qed tiċċelebra l-eċċellenza.

Jidher li dan il-każ inġieb għall-attenzjoni tal-Awtorita’ tal-Ippjanar.

Skont dokumenti li ra dan is-sit, l-istruttura se ddum hemm sat-30 ta’ Jannar 2019.