Malta u s-Slovakkja huma żewġ pajjiżi li kienu vittmi ta’ qtil ta’ ġurnalisti investigattivi fl-aħħar xhur. F’Malta nqatlet Daphne Caruana Galizia u fis-Slovakkja nqatel Jan Kuciak. Hemm bosta similiratajiet f’dak li wassal għal dan il-qtil, imma hemm ukoll differenzi kbar, b’mod speċjali fir-responsabbiltà politika li għandha tinġarr f’każijiet bħal dawn.
Ilbieraħ filgħaxija, kif għamel meta nqatlet Daphne Caruana Galizia, l-Parlament Ewropew iddedika dibattitu għas-sitwazzjoni fis-Slovakkja. F’dan id-dibattitu ħadu sehem it-tliet MEPs tal-Partit Nazzjonalista, filwaqt li ebda MEP tal-Partit Laburista ma ħa sehem.
L-MEP Roberta Metsola hi l-Koordinatriċi tal-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew fil-Kumitat tal-Parlament Ewropew għall-Ġustizzja u l-Intern, li hu l-kumitat responsabbli li jiddibatti dan il-qtil. Hi tkellmet dwar l-importanza ta’ mekkaniżmu Ewropew li jiddefendi d-demokrazija, s-saltna tad-dritt u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini kollha Ewropej.
“A #mechanism to protect #RuleofLaw #democracy & #fundamentalrights is urgent.” –@RobertaMetsola @EP_Justice #AllForJan @EPPGroup pic.twitter.com/ZlS4ILoIIK
— EPP_MT (@EPP_MT) March 15, 2018
Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa tkellem dwar l-iżviluppi b’rabta mal-liġi Ewropea li tiprevjeni organizzazzjonijiet kbar milli jiftħu kawżi barra mill-Ewropa – magħrufa bħala SLAPP – kontra ġurnalisti investigattivi, bil-għan li jwaqqfuhom milli jikxfu l-każijiet ta’ korruzzjoni u ħasil ta’ flus.
“The practice of abusive #legal proceedings to silence #journalists has no place in the EU”-@DavidCasaMEP @EP_Justice #AllForJan @EPPGroup pic.twitter.com/HU4bZ6lHLP
— EPP_MT (@EPP_MT) March 15, 2018
L-MEP Francis Zammit Dimech hu membru tal-Kumitat tal-Parlament Ewropew għall-media. Hu qabbel l-iżviluppi politiċi f’Malta u fis-Slovakkja, fejn f’Malta baqa’ għaddej kollox business as usual, u fis-Slovakkja, kien hemm riżenji tal-ogħla membri tal-Gvern.
//= $special ?>“Whilst in #Slovakia, Ministers resigned, the situation in the @MaltaGov is #businessasusual”-@FrancisZD @EP_Justice #AllForJan @EPPGroup pic.twitter.com/ssqEX39HZG
— EPP_MT (@EPP_MT) March 15, 2018