Knisja Kultura

Dramm tal-Ġimgħa Mqaddsa fl-Isla

Is-Senglea Drama Group ilu mwaqqaf 10 snin

Fis- sena 2008, ġie iffurmat Senglea Drama Group, bl-għan ewlieni illi dan l-istess grupp, jiġbor taħt
saqaf wieħed, nies ta’ kull eta’ sabiex permezz tad-drama, issir ħidma ta’ volontarjat ġewwa s-Sede
Azzjoni Kattolika, fil-lokalita’ tal-Isla u fl-istess komunita’. Barra minn hekk, permezz
tal-istess grupp, in-nies involuti jieħdu gost jaqsmu esperjenzi flimkien, fil-qasam tal-palk.

Hekk kif sar f’dawn l-aħħar snin, f’għeluq l-għaxar sena mit-twaqqif tal-istess grupp ġewwa
l-lokalita’ tal-Isla, Senglea Drama Group qed jerġa’ jieħu ħsieb sabiex għal din is-sena, jittella’ dramm ieħor għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa, ġewwa s-sala tas-Sede Azzjoni Kattolika tal-istess loklaita’.

Id-dramm ta’ din is-sena iġib l-isem “Ġrajjet l-Imħabba” u se jittella’ nhar is-Sibt 24 u l-Ħadd 25 ta’ Marzu, fis-7.30 p.m.