Lokali

Il-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar b’attrazzjonijiet ġodda

Minn Għawdex għall-Port il-Kbir

Għas-17-il sena konsekuttiva se jsir il-Festival Internazzjonali Malti tal-Logħob tan-Nar bit-tema għal din l-edizzjoni tkun ‘Fejn in-Nar u l-Kultura Jiltaqgħu’.

Dan se jkun maqsum fuq tlett iljieli bejn is-Sibt 21 u t-Tnejn 30 ta’ April. Il-ftuħ se jsir fix-Xagħra Għawdex fejn se jsir spettaklu minn Phoenix Fireworks Ltd mill-Ingilterra u Rozzi Fireworks mill-Amerika.

Fis-27 ta’ April se terġa’ tinxtegħel is-sema, din id-darba ġewwa Marsaxlokk minn Martello S.r.l. mill-Italja u dik Maltija, St. Mary Fireworks Factory, Ħal Għaxaq. F’din l-okkażjoni r-raħal se jkun imżejjen b’tiżjin tradizzjonali Malti li wieħed isib fil-festi, filwaqt li se jipparteċipaw baned lokali.

L-attivitajiet se jiġu fi tmiemhom b’murtali tal-ajru flimkien ma’ orkestra u mużika live, li se tkun qiegħda fuq palk fuq wiċċ l-ilma fil-Port il-Kbir, il-Belt Valletta.