Il-gowls skurjati f’Old Trafford mill-attakkant Franċiż ta’ Sevilla Ben Yedder ħallew impatt fuq il-kowċ nazzjonali ta’ Franza Didier Deschamps li għall-ewwel darba sejjaħ lil dan l-attakkant fl-iskwadra Franċiża.
Franza se tilgħab żewġ logħbiet ta’ ħbiberija fil-jiem li ġejjin, kontra l-Kolombja fi Stade de France fit-23 ta’ Marzu u kontra r-Russju f’San Pietruburgu erbat ijiem wara. Deschamps qal li ma sejjaħx lil Ben Yedder biss għad-doppjetta kontra r-Red Devils iżda ilu jsegwi lil dan il-plejer.
Ben Yedder jinsab fit-tieni staġun ma’ Sevilla fejn s’issa skorja 37 gowl f’74 logħba mal-klabb Spanjol. Dawn jiżdiedu mal-71 gowl f’174 logħba li skorja mal-klabb Franċiż ta’ Toulouse. Ben Yedder kien akkwistat minn Sevilla biex jimla l-post battal li ħalla Kevin Gameiro li ngħaqad ma’ Atletico Madrid.
Dawn il-logħbiet jistgħu jkunu ferm importanti għal Ben Yedder li qed ifittex post fl-iskwadra Franċiża għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja, fejn il-possibilita’ tiegħu qed tikber għaliex l-attakkant ta’ Lyon Nabil Fekir mhux fl-aqwa forma wara li qed jirkupra minn injury.
Plejer ieħor imsejjaħ minn Descahmps għall-ewwel darba hu d-difensur ta’ Atletico Madrid Lucas Hernandez, filwaqt li Dimitri Payet ta’ Marseille makienx insejjaħ.
//= $special ?>