Lokali

Il-pensjonanti għandu jkollhom pensjoni adekwata li toffrilhom għajxien tajjeb

Il-Kap tal-PN Adrian Delia kien akkumpanjat mill-Kelliem għall-Familja u  Pensjonijiet Claudio Grech u Kelliem għad-Djalogu Soċjali u Kuntatt man-Nies Hermann Schiavone.

“Il-ġid ma wasalx għandna l-pensjonanti. Għaliex min hu sinjur sar aktar sinjur, u min hu fqir baqa’ fqir. Anzi fil-każ tagħna, aktar ma tixjih aktar tiftaqar” – kliem il-President tal-Alleanza għall-Organizazzjonijiet tal-Pensjonanti Carmel Mallia f’laqgħa mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.

Minn naħa tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia stqarr li fl-aħħar jiem il-Partit Nazzjonalista kien qed jisma’ min-nies, u għalhekk ħadu l-inizjattiva li jitolbu lill-Gvern biex l-ewwel tiġi indirizzata l-problema tal-pensjonijiet. Adrian Delia tenna li hemm bżonn taħseb fi proposti li ma jkunux għat-tul biss, iżda wkoll għaliex hemm bżonn li l-pensjonanti li qegħdin jaffaċċjaw il-problema llum isibu l-għajnuna.

“Aħna jinteressana milli qed jgħidu n-nies, u għalhekk irid isir eżerċizzju ta’ kemm hemm bżonn ta’ nies isibu l-għajnuna. Hemm bżonn li l-għejxien tal-anzjani jkun wieħed dinjituż. Irridu naħsbu fi proposti li jħallu riżultati minnufih u anke għat-tul”, stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Fid-Dar Ċentrali, ir-rappreżentanti tal-organizazzjonjiet tal-Pensjonanti ltaqgħu mad-delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fejn tkellmu dwar is-sitwazzjoni preżenti. Preżenti fil-laqgħa kien hemm ukoll rappreżentanti tal-MUT, UĦM Voice of the Workers, u tas-Suldati Irtirati.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien akkumpanjat mill-Kelliem għall-Familja u  Pensjonijiet Claudio Grech u Kelliem għad-Djalogu Soċjali u Kuntatt man-Nies Hermann Schiavone.