Dalgħodu l-iskola primarja ta’ Marsaskala laqgħet lil Kummissarju Għoli Brittaniku fejn flimkien mat-tfal iddiskuta l-Commonwealth.
Hu daħar klassi klassi fejn waqt li kiel mal-istudenti ikel nutrient, tkellem magħhom dwar x’inhi l-Commonwealth u l-importanza tagħha. Fost il-mistoqsijiet, it-tfal ġew mistoqsija kemm hemm pajjiżi fil-Commonwealth u liema huma.
Fl-aħħar it-tfal kantaw diska bil-lirika “din hi dinja żgħira”.
Il-Commonwealth tikkonsisti minn 53 pajjiż li jaħdmu flimkien għal ekonomija aħjar u għal pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw. Malta hija waħda minn dawn il-pajjiżi. Il-pajjiżi kollha jiltaqgħu kull sentejn biex jiddiskutu numru ta’ kwistjonijiet.
F’April ta’ din is-sena se jsiru l-logħob tal-Commonwealth ġewwa l-Awstralja.
//= $special ?>