Il-Kullegg Kandidati Partit Nazzjonalista għandu jkompli jsaħħaħ il-ħidma tiegħu f’dik li hi preparazzjoni u taħriġ tal-Kandidati, b’ħidma konġunta mal-AŻAD.
Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fil-laqgħa ġenerali annwali tal-Kulleġġ Kandidati Partit Nazzjonalista li saret fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sostna li b’hekk b’ħidma kollettiva ikollna kandidati preparati.
Fil-laqgħa li tmexxiet mill-President tal-Eżekuttiv Mark Anthony Sammut ġie elett ukoll l-eżekuttiv tal-Kulleġġ Kandidati Partit Nazzjonalsita. Evelyn Vella Brincat ġiet eletta bħala President, Charles Selvaggi Viċi President, David Vassallo Segretarju Ġenerali tal-Kulleġġ, Albert Buttigieg elett bħala Teżorier, Alan Abela Wadge elett bħala PRO, u Ryan Mercieca kien elett bħala Assistent Segretarju.
//= $special ?>

