Lokali Mużika

Kunċert mill-banda tal-Korp tal-Pulizija b’risq id-Dar tal-Providenza

Id-Dar tal-Providenza għandha bżonn €4.5 miljun kull sena

Għall-Ġimgħa Mqaddsa se jittella’ kunċert mill-banda tal-Korp tal-Pulizija, bid-donazzjonijiet kollha jmorru għad-Dar tal-Providenza.

Dan il-kunċert, bl-isem ta’ La Passione di Cristo, se jkun qed isir għat-tieni sena konsekuttiva s-Sibt 24 ta’ Marzu fit-tmienja ta’ filgħaxija. B’kollox se jkun hemm mija u tnax-il parteċipanti f’dan il-kunċert vokali u strumentali li se jkun qed isir ġewwa l-Katidral tal-Imdina.

Fr Martin saħaq dwar il-bżonn ta’ erba’ miljun ewro u nofs kull sena biex jgħatu l-aħjar servizz. Dan hekk kif id-Dar tal-Providenza tgħati servizz lil mija u ħmistax-il persuna. Hu qal li dan il-kunċert se jkun qed itaffi ftit mill-ispejjeż finanzjarji. Il-quddiem mistenni jinfetaħ ċentru ieħor ġewwa l-Balluta f’San Ġiljan.

Preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm is-Supretendent u surmast tal-banda tal-korp Anthony Cassar, is-Sindku tal-Imdina Peter Sant Manduka, l-Arċipriet Anton Cassar, u d-Direttur tad-Dar tal-Porvidenza Fr Martin Micallef.