Il-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) talbet laqgħa urġenti mal-Ministru tas-Saħħa sabiex jintervjeni fuq żewġ kwistjonijiet li s’issa għadu ma nstabx ftehim fuqhom mal-uffiċjali fid-Dipartiment tas-Saħħa.
L-ewwel waħda titratta dwar il-ġurnata leave żejda li l-Gvern alloka fil-Budget.
L-ammont ta’ sighat li qed jinghataw lill-infermiera u l-qwiebel mhux l-istess għall-ammont li dawn il-professjonisti kellhom qabel ittihdu dawn il-granet leave marbuta mal-Festi Nazzjonali. L-MUMN temmen li d-decizjoni tal-Gvern kienet intiza biex jinghata lura dak li ttiehed u mhux li tinghata biss parti mill-gurnata.
Infatti ċ-ċirkolari ppubblika mis-Segretarju Permanenti Ewlieni tistipola b’mod ċar li minn jaħdem fuq bażi ta’ roster għandu jiġi moghti l-ammont ta’ sigħat li jirriflettu r-roster ta’ l-impjegat. L-MUMN ilha tistenna risposta għal dawn l-ahhar ġimgħat mingħajr suċċess.
It-tieni kwistjoni hi dwar deċiżjoni mill-management ta’ l-isptar Mater Dei biex iwaqqaf l-entitlement ta’ l-ikel lil kull min jahdem partime jew bir-reduced hours. Dawn l-impjegati kienu ilhom intitolati li jircievu l-ikel għal dawn l-ahhar tlettin sena pero’ f’dawn l-ahhar granet dan l-entitlement twaqqaf anki jekk dawn l-impjegati qed jahdmu l-istess ammont ta’ sigħat daqs il-full timers.
Għalkemm il-management qed jikkwota Ordinanza ta’ 70 sena ilu u li ġiet aġġornata 40 sena ilu, qed jinjora ċirkolari ppubblikata mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fl-2007 u li ghadha tghodd sa llum, fejn tistipola b’mod ċar li l-partimers u dawk li jaħdmu bir-reduced hours huma intitolati ghal dak kollu li għandhom il-full timers iżda pro rata. Din iċ-ċirkolari kienet inspirata minn regolament ta’ l-Unjoni Ewropeja.
Fi stqarrija, l-MUMN qalet li m’għandiex triq oħra ħlief li titlob l-intervent tal-Ministru tas-Saħħa sabiex tinstab soluzzjoni fuq dawn iż-żewġ materji.
//= $special ?>