Maryrose Mallia nediet album ġdid li jġib isimha stess – Maryrose Mallia.
Il-kantanta Maltija ilha għal dawn l-aħħar xhur taħdem fuq dan l-album b’kollaborazzjonijiet ma’ diversi kompożituri u mużiċisti Maltin bħal Domnic Galea u Paul Abela. L-album ħareġ mid-dar tad-diski Taljana Crisler, bi produzzjoni ta’ Michele Centonza.
Fit-tnedija tal-album, Maryrose tat donazzjoni ta’ €1,000 lill-Malta Community Chest Fund li nġabru minn bejgħ tas-CD single Crystal Child li ħareġ ftit taż-żmien ilu.
F’kelmtejn tal-okkażjoni, il-President Marie Louise Coleiro Preca faħħret il-ġest tal-kantanta Maltija u radditilha ħajr ukoll tal-viżibilità kontinwa li hi tagħti lil Malta u Għawdex lil hinn minn xtutna.
//= $special ?>