Lokali

Pazjenti evakwati waqt nar fl-isptar Monte Karmeli

Mill-Arkivji

Nar f’waħda mill-wards tal-isptar Monte Karmeli wassal biex numru ta’ pazjenti li kienu ġo fiha kellhom jiġu evakwati.

Skont kelliema tal-Ministeru tas-Saħħa, in-nar żviluppa fit-taqsima tal-forensika, madanakollu ma ngħatajniex iżjed informazzjoni peress li din it-taqsima “ma taqax taħt il-Ministeru tas-Saħħa” imma taħt il-Ministeru tal-Intern.

In-nar, li l-kawża tiegħu għad mhix magħrufa, beda għall-ħabta tas-7 tal-bieraħ filgħaxija u fuq il-post issejħu kemm uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll Pulizija.

Fortunatament, ħadd ma ndarab sakemm in-nar kien ikkontrollat. Kelliema tal-Pulizija kkonfermat li dwar dan il-każ qed issir inkjesta.