L-Awtorita’ tat-Turiżmu għaddejja bit-tħejjijiet sabiex f’Mejju li ġej ikun organizzat Airfest sabiex tittaffa’ ftit mill-ħsara li saret meta ħarġet l-aħbar illi l-Airshow Internazzjonali mhux se jsir.
Fost dawk li ġew mistiedna biex jipparteċipaw fl-Airfest hemm il-Breitling Jet Team.
Fl-istess avveniment, se jkun hemm ukoll il-parteċipazzjoni ta’ ajruplani mill-Forzi Militari Ukreni.
Sa issa l-Gvern baqa’ sieket dwar il-pjani li għaddejin relatati mal-Airfest.
//= $special ?>