Lokali Turiżmu

NIŻVELAW: Il-Gvern bi pjan biex jorganizza Airfest

It-tim ta' Breitling
L-Airshow ta' Settembru mhux se jsir

L-Awtorita’ tat-Turiżmu għaddejja bit-tħejjijiet sabiex f’Mejju li ġej ikun organizzat Airfest sabiex tittaffa’ ftit mill-ħsara li saret meta ħarġet l-aħbar illi l-Airshow Internazzjonali mhux se jsir.

Fost dawk li ġew mistiedna biex jipparteċipaw fl-Airfest hemm il-Breitling Jet Team.

Fl-istess avveniment, se jkun hemm ukoll il-parteċipazzjoni ta’ ajruplani mill-Forzi Militari Ukreni.

Sa issa l-Gvern baqa’ sieket dwar il-pjani li għaddejin relatati mal-Airfest.