Lokali

Raġel arrestat; ieħor midrub wara ġlieda fil-Għargħur

Raġel spiċċa arrestat u ieħor ndarab wara argument bejn żewġt irġiel fil-Għargħur.

L-argument seħħ għall-ħabta tas-6.30 tal-bieraħ filgħaxija fi Triq Stiefnu Zerafa. L-argument seħħ bejn raġel ta’ nazzjonalità Maltija u raġel mir-Repubblika Ċeka.

Għalkemm skont informazzjoni tal-Pulizija, l-argument “ma kienx kbir”, il-Malti kellu jintbagħat ġo ċentru tas-saħħa biex jingħata l-attenzjoni medika.

Sadanittant, ir-raġel mir-Repubblika Ċeka u li għandu 48 sena, kien arrestat mill-Pulizija.

Dan hekk kif fuq il-post marru kemm Pulizija tad-Distrett kif ukoll mill-Pulizija mit-taqsima tar-Rapid Intervention Unit.