Ilbieraħ uffiċjali tad-Dwana Maltija sabu pakkett b’sustanza suspettuża – fejn wara numru ta’ testijiet ġie kkonfermat li kienet ħaxixa.
Fl-istqarrija maħruġa mid-Dipartiment tad-Dwana, intqal li l-uffiċjali għamlu din is-sejba waqt li kienu qegħdin jispezzjonaw il-pakketti li jaslu bil-posta. Il-pakkett suspettuż kien ġej mill-Ġermanja u kien indirizzat f’post f’San Ġiljan.
Wara din l-ispezzjoni tal-kontenut tal-pakkett, ġie konfermat li s-sustanza hi kannabis.
Id-Drug Squad tal-Pulizija ġiet infurmata bil-pakkett fejn bdiet l-investigazzjonijiet tagħha.
//= $special ?>