Lokali

Rosianne Cutajar tingħata kariga oħra; se tkun responsabbli mit-tnaqqis tal-Burokrazija

Cutajar hi wkoll chairperson tal-Kumitat Parlamentari għall-Familja

Id-deputat Laburista Rosianne Cutajar inħatret Kummissarju għal Kontra l-Burokrazija.

Il-job li ingħatat Cutajar mill-Prim Ministru Muscat kien ilu ġimgħat jinżamm mistur. Sakemm isimha inkixef fil-media.

Apparti li hi Kummissarju Kontra l-Burokrazija u Deputat, Rosianne Cutajar hi wkoll chairperson tal-Kumitat Parlamentari għall-Familja. Għal dan il-Kumitat ukoll tirċievi ħlas addizzjonali.