Lokali

Rotta ġdida lejn Lourdes mill-AirMalta

L-AirMalta se żżid rotta ġdida lejn Lourdes fi Franza, li tkun parti mill-iskeda regolari.

Hekk kif din ir-rotta ilha ssir mill-istess kumpanija għal 30 sena sħaħ, din ir-rotta se tibda topera darbtejn fil-ġimgħa matul is-sajf mid-29 ta’ Ġunju.

F’dawn l-aħħar snin, din ir-rotta li se tkun qed topera kull nhar ta’ Tnejn u Ġimgħa, kien hemm madwar 6,000 passiġġier fis-sena li vjaġġaw minn u lejn Lourdes.

Dan ġie mħabbar waqt il-ftuħ tal-AMITEX, il-fiera annwali tal-ivvjaġġar organizzata fl-MFCC. Din se tkun il-15-il rotta ġdida offruti mill-AirMalta.

Din hija l-iskeda li se tkun qed topera mill-AirMalta minn u lejn Lourdes kull nhar ta’ Tnejn u Ġimgħa:

KM4438 –
Tluq minn Malta: 17:00
Wasla f’Lourdes: 19:25

KM4439 –
Tluq minn Lourdes: 20:15
Wasla f’Malta: 22:30

Lourdes, li huwa post ta’ qima u ta’ pellegrinaġġi, iktar ma jmur iktar qed isir destinazzjoni mfittxa minn ħafna. Dan hekk kif din il-Belt hija post ta’ spiritwalità u meqjusa bħala l-aktar santwarju ta’ fejqan importanti madwar id-dinja. Hi tikkonsisti wkoll minn xenarju rurali mill-isbaħ. Lourdes hija t-tieni l-aktar ċentru tat-turiżmu importanti fi Franza.