Lokali Parlament

Simon Busuttil jappella mir-ruling tal-Ispeaker Anglu Farrugia

Jinsisti li r-ruling għandu jiġi rivedut

Ftit tal-ħin ilu, id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil appella mir-ruling tal-Ispeaker li imblukkah milli jagħmel Mistoqsija Parlamentari (PQ). Dan l-appell sar permezz ta’ ittra uffiċjali indirizzata lil Anglu Farrugia.

Id-domanda tal-eks Kap tal-PN kienet dwar iċ-Chief of Staff ta’ Muscat, Keith Schembri, u jekk dan għandux kont bankarju f’Dubaj u l-bank Pilatus.

“Iddeċidejt li niddedika dan l-appell għall-memorja ta’ Daphne Caruana Galizia li ħallset il-prezz għall-kruċjata li għamlet kontra l-abbuż tal-poter f’Malta, u l-korruzzjoni”, kiteb Simon Busuttil fuq Facebook.

Il-mozzjoni issa tiġi diskussa u mqegħda għal vot fil-Parlament.