Lokali Qorti

“Sraqt biex inħallas il-kirja u għax kont bil-ġuħ”

Jispiċċa l-ħabs wara li seraq mobile

Raġel ta’ 22 sena mis-Somalja ntbgħat 4 xhur ħabs wara li ammetta li seraq mobile, li kellu valur ta’ €100.

Il-każ, li seħħ ilbieraħ, instemgħa llum quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras.

Ir-raġel, Abdi Ali Mahamed li jgħix Raħal Ġdid, spjega lill-Maġistrat li hu seraq il-mobile għaliex kellu bżonn il-flus għall-ikel, u biex iħallas il-kirja tal-post fejn jgħix. Hu ammetta li għamel żball, u rritorna t-telefown ċellulari lil sidu. Dan minn naħa tiegħu ħafirlu.

L-avukat Denise Sultana dehret għall-akkużat bħala avukat tal-għajnuna legali.

L-Ispettur Robert Vella mexxa l-prosekuzzjoni.