Internazzjonali

Tikkrolla binja f’Napli; biża’ li hemm vittmi

Aktar aġġornamenti fil-ħin li ġej

Binja li fl-imgħoddi kienet tintuża bħala kunvent, krollat kmieni dalgħodu fil-qalba ta’ Napli. L-inċident qed ikun rappurtat li seħħ fi Triq San Paolo.

Jidher li fuq il-binja kien qed isir proġett ta’ restawr.

Wieħed mill-ħaddiema li kien fis-sit inħareġ minn qalb it-tifrik grazzi għall-ħidma tal-pumpiera u l-forzi tas-salvataġġ.

Rapporti mhux konfermati qed jgħidu li jista’ jkun hemm żewġ vittmi fis-sit fejn kienu għaddejin ix-xogħlijiet.

Tlieta mill-ħaddiema kellhom jittieħdu l-isptar wara li ġarrbu feriti serji.