Lokali

AĠĠORNATA: Titjira għal Linate tispiċċa bl-iskossi

L-ajruplan ħalla Malta fis-2:30pm

Passiġġieri li kellhom iħallu Malta abbord titjira tal-AirMalta għal Milan-Linate damu aktar minn siegħa jistennew li jitilqu mill-Ajruport Internazzjonali wara ħsarat li kellu l-ajruplan.

Is-saga ta’ dawn il-passiġġieri bdiet għall-ħabta tal-11am meta infurmawhom li l-ajruplan li suppost kellhom jużaw kellu ħsara teknika.

Dan wassal biex it-titjira operata mill-AirMalta tuża’ ajruplan tal-Getjet Airlines (ritratt).

Wara li l-passiġġieri ittellgħu kollha fuq l-ajruplan, huma qattgħu siegħa sħiħa jistennew it-titjira titlaq. “Ninsabu fi sħana kbira bla AC. Tal-mistħija din”, qaltilna waħda mill-persuni abbord.

“It-tfal tagħna ilhom kważi siegħa fis-sħana”, qalilna passiġġier ieħor.