Lokali

Velja f’għeluq il-5 xhur mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Illejla saret velja oħra f’għeluq il-ħames xhur mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Il-velja saret quddiem il-Qorti, il-Belt fejn hemm il-mafkar f’gieh Daphne Caruana Galizia.

Matul il-velja se tkellmu Vicki Anne Cremona, lekċerer fl-Università ta’ Malta u opinjonista, kif ukoll l-Avukat Edward Debono u Alessandra Dee Crespo.

Kienet organizzata wkoll attivita mill-Occupy Justice, fi Pjazza Kastilja.

Matul il-lejl li ghadda persuni mhux identifikati regghu wahhlu strixxuni twal mat-toroq ewlenin ta’ Malta bil-kliem “Baqghu sakemm qatluha”.

Dan il-messaġġ jirreferi direttament għal dawk li kellhom x’jaqsmu mal-qtil makabru tal-ġurnalista Maltija nhar is-16 ta’ Ottubru 2017.

L-attivisti waħħlu wkoll strixxuni bil-kliem “Min qatel lil Daphne”, jistaqsu għal minn seta’ kien jew kienu dawk kollha involuti.