Anzjan u mara, it-tnejn minn Ħal Għaxaq, weġġgħu wara li kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku f’Ħal Għaxaq stess.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.35pm f’Dawret Ħal Għaxaq meta l-anzjan ta’ 74 sena kien qed isuq mutur, li għal xi raġuni laqat lill-mara, ta’ 57 sena, li kienet qed taqsam it-triq.
Minbarra l-Pulizija, fil-post wasal ukoll tim mediku b’Ambulanza, li ħadet liż-żewġ persuni lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Filwaqt li l-anzjan kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi, il-kundizzjoni tal-mara s’issa għadha mhix magħrufa.
Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>