Għadha kemm tħabbret il-mewt ta’ Fr Charles Vella, il-fundatur tal-Moviment ta’ Kana. Hu miet kmieni dalgħodu fl-Isptar Mater Dei fl-eta’ ta’ 89 sena.
Charles Vella jibqa’ magħruf bħala l-fundatur tal-Moviment ta’ Kana, organizzazzjoni li l-għan ewlieni tagħha kienet il-formazzjoni u korsijiet ta’ tagħlim għal koppji bi tħejjija għaż-żwieġ. Fr. Charles kien beda jagħti l-ewwel korsijiet fl-1952. Fl-1956, il-Moviment ta’ Kana ingħata l-approvazzjoni uffiċjali mill-Arċisqof ta’ Malta, Monsinjur Michael Gonzi.
Minn dakinhar, eluf ta’ koppji Maltin ingħataw il-formazzjoni u taħriġ kemm spiritwali kif ukoll prattiku għall-ħajja miżżewġa. Il-Moviment ta’ Kana joffri wkoll servizz ta’ appoġġ u counselling lil koppji li jkunu għaddejjin minn żmien diffiċli.
Fr Charles Vella kien ukoll awtur ta’ diversi kotba fosthom ” Il Consultorio e il Consulente Familiare” li kien stampat għall-ewwel darba fl-1973 u aġġornat diversi drabi. Hu kien meqjus bħala awtorita’ internazzjonali fil-qasam tal-counselling u taħriġ bi preparazzjoni għaż-żwieġ.
Fuq Twitter, l-Arċisqof ta’ Malta Monsinjur Charles J Scicluna sellem il-memorja ta’ Fr Charles Vella. Anke l-Kap tal-PN Adrian Delia sellem il-memorja ta’ Fr. Charles, bħala l-bniedem li tul ħajtu għen eluf ta’ persuni.
Saddened about the loss of Mons Charles Vella, a friend and mentor who helped thousands of youths during his time at Cana Movement. May his soul Rest In Peace pic.twitter.com/SvJcJFT7If
— Adrian Delia (@adriandeliapn) March 17, 2018
//= $special ?>