Grupp żgħir ta’ madwar ħamsin persuna biss taw l-appoġġ tagħhom fil-Belt Valletta għall-protesta li tħabbret mill-għaqda hekk imsejħa ‘Patrijotti Maltin’.
Il-protesta tħabret eżatt wara l-mewt taż-żagħżugħ Zach Meli, li miet nhar il-Ħadd li għadda f’Paceville.
Għall-ewwel, kien qed jingħad li aktarx iż-żagħżugħ inqatel f’argument li kellu ma’ żagħugħ ieħor mill-Bulgarija, imma aktar tard irriżulta li fl-awtopsja ma nstabux marki ta’ vjolenza. Filfatt, il-Pulizija lanqas ma kellha evidenza fuq xiex tressaq liż-żagħżugħ.
Waqt il-protesta, dawk li attendew kantaw slogans bħal “Malta għal Maltin”, f’indikazzjoni ċara tal-pożizzjoni tagħhom kontra dawk kollha li mhumiex Maltin, jiġifieri kontra l-barranin kollha.
Tul il-protesta, dawk preżenti mxew mid-daħla tal-Belt sa’ Pjazza San Ġorġ.
Wara l-mewt ta’ Zach Meli, ħbieb taż-żagħżugħ ikkundannaw il-mod kif l-għaqda tal-Patrijotti Maltin kienet qed tirkeb fuq il-mewt taż-żagħżugħ Malti biex timbotta l-aġenda estremista tagħha.
//= $special ?>