Tard is-Sibt filgħaxija Juventus naqqsu milli jkomplu jkabbru l-vantaġġ tagħhom fuq l-eqreb rivali tagħhom Napoli hekk kif ġew miżmuma draw 0-0 barra minn darhom kontra SPAL.
Fl-ewwel rawnd Juventus kienu għelbu lill-istess SPAL 4-1 u bla dubju ħadd ma stenna li dawn kienu se jwaqqgħu l-punti.
Dawn tal-aħħar iddefendew b’għaqal kbir u r-riżultat hu wieħed ġust.
Dan ir-riżultat ifisser li jekk il-Ħadd Napoli jirbħu kontra Genoa dawn jiġu żewġ punti taħt Juventus u b’hekk wieħed jista’ jgħid li t-tellieqa għar-rebħ tal-kampjonat tibqa’ waħda miftuħa, speċjalment meta wieħed iqis li Juventus għandhom anke l-impenji fiċ-Champions League.
//= $special ?>